Lokali

Il-Kamra tal-Periti tagħmel numru ta’ suġġereimenti dwar is-suq tal-kera

B’reazzjoni għall-White Paper dwar il-kera, il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti għamel numru ta’ suġġerimenti u osservazzjonijiet dwar il-proposti tal-White Paper.

Fosthom,  il-Kamra ssuġġerixxiet li għandhom jinqelbu għal “housing allowance”, simili għall-British housing benefit, filwaqt li nnotat li huwa importanti li l-gvern jieħu ħsieb li ma jidħolx fir-riskju li iktar likwidita’ fis-suq tal-kera flimkien maż-żieda fil-popolazzjoni ma twassalx għal iktar inflazzjoni f’dan is-suq.

Huma saħqu l-importanza tad-dritt ta’ sid il-kera li jittermina l-kuntratt f’ċertu sitwazzjonijiet, li jistgħu iwasslu għal abbuż peress li l-intenzjonijiet tal-proposta jistgħu jiġu injorati;

Il-Kamra tal-Periti ssuġġerixxiet l-introduzzjoni ta’ Real Estate Investment Trusts (REITs), li l-Kamra tappoġġa b’mod sħiħ. Dan filwaqt li ġie spjegat li d-dipendenza tas-suq fuq il-provista mis-settur privat, li skond il-White Paper hija sistema li falliet, u li fl-opinjoni tal-Kamra hija riżultat tal-assenza totali tas-sistema ta’ ppjanar fis-soluzzjoni għallkriżi fis-suq, u l-assenza ta’ miżuri biex jinbnew residenzi affordabbli permezz tas-sistema tal- “planning gain”;

Ġie spjegat li l-Kamra ma taħsibx li l-proposta li titwaqqaf Aġenzija tal-Kirjiet hija neċessarja madanakollu minflok għandha tissaħħaħ il-Housing Authority u tingħata l-funzjoni primarja li tirregola s-suq tal-housing.