Ir-reklamazzjoni tal-art, jiġifieri l-ħolqien ta’ art ġdida f’sit fejn bħalissa wieħed isib il-baħar, trid issir bilfors.
Iddikjara dan il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera, li f’kummenti lil Net News ikkonferma li l-Ministeru li jmexxi qed jaħdem bis-serjetà għal dan l-għan.
Din id-dikjarazzjoni saret ftit mumenti biss wara li l-Ministru Herrera ammetta li pajjiżna ma jistax ilaħħaq ma’ diversi problemi, fost oħrajn dik taż-żieda drastika fil-popolazzjoni tant li l-popolazzjoni ta’ Malta issa hi 13-il darba iktar mill-medja Ewropea.
Ir-reklamazzjoni tal-art jidher li qed tkun ukoll waħda mis-soluzzjonijiet ta’ dan il-Gvern wara li ż-żieda drastika fil-kostruzzjoni wassliet biex il-barrieri ta’ pajjiżna imtlew, tant li fl-aħħar xhur inħolqot ukoll kriżi.
Bil-Ministru jiddikjara li ma jridx barrieri ġodda, jidher li fost oħrajn il-Gvern qed idur fuq it-teħid ta’ żoni marittimi, il-baħar li jdawwarna, biex jiddisponi mill-iskart …u minflok joħloq art ġdida.
//= $special ?>
