Lokali Qorti

Jinħeles mill-arrest wara akkużi ta’ theddid

Andrew Formosa ta’ 34 sena residenti l-Pietà, tressaq il-Qorti fuq akkużi li imbotta lill-eks sieħba tiegħu u daħal id-dar ifittex xi karti.

Instema’ kif l-akkużat qal ukoll lill-ex sieħba tiegħu, li flimkien għandhom wild, li kien se jistenniha barra. Fil-Qorti ġie ppreżentat ukoll high risk assessment tal-Aġenzija Appoġġ li qalet li tqis dan il-każ bħala wieħed ta’ grad għoli iżda, l-avukat difensur argumenta li l-Aġenzija Appoġġ tkellem biss lill-allegata vittma għar-risk assessment.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest bl-avukat difensur jargumenta li għadu mhux magħruf għal xiex inqala’ l-argument waqt li l-akkużat kien qed jirritorna lura t-tifla d-dar ta’ ommha.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq l-ex sieħba ta’ Formosa bl-imputat jinħeles mill-arrest u wissietu li jekk jikser il-kundizzjonijiet se jaffaċċja pieni ħorox.

Tags