Lokali

Sitt Taljani u Malti arrestati wara qabda ta’ droga

Seba’ persuni, Karkariż u sitt Sqallin, li l-età tagħhom tvarja bejn 23 u 51 sena, ġew arrestati b’rabta ma’ sejba droga.

Dan hekk kif numru ta’ vetturi li kienu għadhom kemm jaslu minn Pozzallo ġew spezzjonati u f’waħda minnhom, li twaqqfet aktar tard f’Birkirkara, instabu mal-għoxrin kilogramma kannabis.

Id-droga kienet moħbija f’numru ta’ partijiet tal-karozza, mifruxa fi 34 pakkett.

Is-sejba saret grazzi għall-ħidma tal-membri mill-Iskwadra ta Kontra d-Droga u uffiċjali tad-Dwana bl-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.