11-il immigrant abbord il-bastiment tas-sajd ‘Nuestra Madre de Loreto’, żbarkaw ġewwa pajjiżna wara li ġew salvati għaxart ijiem ilu.
L-immigranti kienu abbord dinghy fil-Mediterran, u meta l-gwardja tal-kosta tal-Libja intervjeniet, huma qabżu l-baħar biex ma jmorrux lura l-Libja. Jidher illi fil-viċinanzi kien hemm dan il-bastiment tas-sajd li salvahom.
Wara li ġew salvati nħolqot problema għaliex Spanja u l-Italja ma aċċettawx li jdaħħlu lill-immigranti fi xtuthom. Il-Gvern Taljan u anke dak Spanjol spjegaw illi l-bastiment ma jaffordjax jivvjaġġja sax-xtut tagħhom u minħabba f’hekk għandu jiżbarka ġewwa Malta.
Dan minħabba l-fatt li l-bastiment iltaqa’ ma’ ħafna maltemp, bl-immigranti kienu fi stat gravi, uħud jidhru wkoll li kienu torturati. Infatti, wieħed mill-immigranti kien diġà ddaħħal Malta u ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien mitluf minn sensih.
L-immigranti kollha se jkunu qed jiġu rilokati għal Spanja.
//= $special ?>