Futbol Sport

Faċli għal Birkirkara fuq Nadur Youngsters

NADUR Y……………… 0   BIRKIRKARA………….. 4

Nadur: F. Vella, T. Souza de Silveira, L. Barreto, C. Abela (M. Camilleri 89’), D. Farrugia, M. Barbosa, L. Tabone, D. Bustos, S. Attard (I. Xuereb 78’), J. Buttigieg (J. Parnis 71’), Y. Messias

Birkirkara: K. Naumovski, C. Attard, D. Chapoval, E. dos Santos, K. Zammit (T. Agius 78’), M. Andelkovic, M. Guillaumier, P. Fenech, M. Henrique (M. Beerman 70’), P. Orlandic, M. Mifsud (C. Alberto 64’)

Imwissija: T. Souza de Silveira 21’ (N), P. Orlandic 52’ (B)

Skorjaw: D. Chapoval 27’, M. Henrique 30’, P. Orlandic 52’, P. Fenech 62’ (B)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Alan Camilleri, Theodore Zammit

Birkirkara ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Nadur Youngsters 4-0 fl-unika logħba fil-Gozo Stadium. Il-kowċ ta’ Birkirkara Paul Zammit għamel żewġ bidliet mir-rebħa kontra Mosta b’Kurt Zammit u Paul Fenech jieħdu post Myles Beerman u Jake Grech rispettivament.

Birkirkara fetħu l-iskor fis-27 minuta bi kross perfett ta’ Marcelo Henrique lejn DANILO CHAPOVAL bid-difensur jegħleb lil Franklin Vella b’daqqa ta’ ras. L-Istripes irduppjaw tliet minuti wara. Kienet azzjoni tajba ta’ MARCELO HENRIQUE li wera teknika tajba biex evita lill-avversarju u għeleb lil Vella b’xutt b’saħħtu fil-baxx mill-kaxxa.

Il-Karkariżi għalqu l-logħba fil-bidu tat-tieni taqsima meta kross ta’ Cain Attard mil-lemin sab lil PETAR ORLANDIC li antiċipa lill-gowlkiper Franklin Vella u skorja f’lasta vojta. PAUL FENECH issiġilla r-rebħa fit-62 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa li ma tax ċans lil Vella biex isalva.