Lokali

FILMAT: ‘Jistaħba’ fil-lift biex jaħbi numru ta’ prodotti fil-ħwejjeġ

Raġel li ħaseb li fil-lift mhux se jinqabad jisraq numru ta’ prodotti, spiċċa mxandar fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ supermarket ewlieni f’pajjiżna, fejn qed tintalab l-għajnuna biex jiġi identifikat.

Ir-raġel jidher fil-lift waqt li jaħbu taħt il-ħwejjeġ numru ta’ prodotti li ħa mill-ixkafef. Malli jlesti, jidher jitranġa fil-mera biex ikun żgur li ma jagħtix fl-għajn.