Il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia m’għandu l-ebda kredibbilità jew kredenzjali biex jitkellem kontra l-korruzjoni għaliex huwa l-uniku Membru Parlamentari fl-Oppożizzjoni tal-lum li kien iddikjara pubblikament li se jappoġġja lil Konrad Mizzi.
Godfrey Farrugia kien lest jivvota favur Konrad Mizzi jekk il-Partit Nazzjonalista jressaq mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-istess Mizzi. Dan meta kien fatt magħruf bil-provi li l-Ministru Konrad Mizzi għandu kumpaniji sigrieti fil-Panama.
L-opportuniżmu ta’ Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia juri kemm kien għaqli l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li warrab l-opportuniżmu tal-Partit Demokratiku minn ħdanu u xolja l-koalizzjoni minn magħhom.
//= $special ?>