Futbol Sport

Il-holders Valletta jeliminaw mingħajr diffikultà lil Marsa

(Ritratt: Domenic Aquilina)

MARSA………………….. 0   VALLETTA………………. 3

Marsa: A. Roppas, M. Busuttil, N. Mocyk, R. de Fex Mariaga (C. Cardona 90’), M. Gauci, S. Darmanin (R. Gafà 76’), A. Sreti, N. Micallef, A. Agius, P. Anizoba (J. Theuma 67’), L. Chiedozie

Valletta: Y. Cini, E. Pena Beltre, J. Caruana, S. Borg, J. Borg, I. Saleh, M. Alba (N. Pulis 71’), Z. Soussi, S. Malano (K. Nwoko 66’), M. Piciollo (R. Fenech 75’), M. Fontanella

Imwissija: M. Alba 14’ (V), P. Anizoba 26’ (M)

Skorja: J. Borg 17’, M. Alba 52’, M. Piciollo 59’ (V)

Referee: Etienne Mangion

Assistenti Referees: Dusan Petrovic, Ivan Galea

Valletta bdew jiddefendu l-kompetizzjoni li rebħu l-istaġun li għadda b’rebħa mistennija iżda meritata ta’ 3-0 kontra t-tim tal-Ewwel Diviżjoni Marsa.

Valletta fetħu l-iskor bi kross ta’ Miguel Alba lejn JEAN BORG li għeleb lill-gowlkiper Roppas b’daqqa ta’ ras. Qabel tmiem l-ewwel taqsima Roppas kien attent biex dawwar f’korner xutt ta’ Ibrahim Saleh. Il-Beltin irduppjaw fil-51 minuta meta Aaron Agius waqqa’ lil Mario Fontanella fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu MIGUEL ALBA li bagħat lil Roppas in-naħa l-oħra tal-ballun.

L-iskor sar 3-0 seba’ minuti wara u din id-darba kien it-Taljan MATTEO PICIOLLO li ħasad lil Roppas b’xutt sabiħ minn mid-distanza. Valletta marru viċin ukoll ir-raba’ gowl b’xutt angolat fil-baxx tat-Tuneżin Zaid Soussi li ħabat mal-lasta, b’Kyrian Nwoko jolqot ukoll il-lasta minuta mit-tmien wara korner ta’ Soussi.

Jispikka Cardona b‘doppjetta

PEMBROKE A……………. 0 ŻEJTUN C………………….. 2

Pembroke: K. Gerada, G. Azzopardi, Z. Grech, W. Moacir da Silva, M. Focsa, A. Hili (T. Fenech 81’), M.A. Borg, I. Misan (F. Attard 89’), Y. Tonna (K. Sciberras Balbi 86’), G. Claudio da Silva, J.P. Mifsud Triganza

Żejtun: D. Zarb, C. Giordimaina, D. Albanese, B. Farrugia, J. Sato (R. Spiteri 60’), N. Tabone, A. Farrugia, E. Vella, J. Castano, A. Carabott (A. Smeir 83’), E. Cardona (G. Azzopardi 75’)

Imwissija: D. Albanese 16’, E. Vella, B. Farrugia 58’, J. Castano 61’ (Ż), I. Misan 69’, M.A. Borg 73’ (P)

Tkeċċa: J. Castano 93’ (Ż)

Skorja: E. Cardona 21’, 29’ (Ż)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Thomas Debono, James Muscat

Żejtun pattew ftit għad-diżappunt fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lil tim ieħor tal-Ewwel Diviżjoni Pembroke Athleta 2-0, f’logħba li l-kwalifikazzjoni għar-raba’ rawnd waslet meritatament minħabba li ddettaw il-logħob għal ħafna ħinijiet, kompliċi ż-żewġ gowls fl-ewwel nofs siegħa.

Żejtun fetħu l-iskor fil-21 minuta meta Junki Sato twaqqa’ fil-kaxxa u mill-11-il metru EDSON CARDONA ma żbaljax. Huma rduppjaw man-nofs siegħa logħob bi free-kick ta’ EDSON CARDONA minn madwar 30 metru li għeleb lil Gerada għat-tieni darba.