Lokali

Il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni b’pellegrinaġġ mill-Knisja San Gejtanu għall-Parroċċa tal-Kunċizzjoni

Il-Ħadd filgħodu fil-Ħamrun sar pellegrinaġġ mill-knisja ta’ San Gejtanu bil-vara titulari tal-Kunċizzjoni bis-sehem ta’ diversi fratelli. Dan sar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru bejn iż-żewġ Parroċċi tal-Ħamrun biex ifakkru l-anniversarju tat-twaqqif tal-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun.

Din is-sena il-paroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni qiegħda tiċċelebra 50 sena minn meta saret parroċċa.

Kien fil-bidu tas-seklu 20 meta l-Ħamruniżi bdew juru bis-saħħa d-dedikazzjoni li kellhom lejn il-Madonna. Bosta kienu jżommu f’darhom xi xbieha, f’rokna ddedikata lill-Madonna. Però ma kienx qabel t-2 ta’ Marzu qabel ma tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja, fuq pjanta ta’ Ġuzè D’Amato.

Il-knisja saret viċi-paroċċa fl-1 ta’ Lulju 1966 u kien l-Arċisqof Mikiel gonzi li għolliha għad-dinjità ta’ parroċċa fl-1 ta’ Jannar 1968 b’Dun Ġużepp Mifsud Bonnici l-ewwel kappillan.

Maż-żmien sar ħafna xogħol fuq il-knisja sa meta fit-28 Mejju, 1988 ġiet ikkonsagrata minn Mons. Arċisqof Ġuzeppi Mercieca.