Lokali

It-Taljan li nqabad fil-pussess tal-kannabis jammetti għall-akkużi miġjuba kontrih

It-Taljan li nqabad fil-pussess ta’ 20kg kannabis ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih, l-akkużi li hu kien fil-pussess ta’ sustanza llegali bl-intenzjoni ta’ distribuzzjoni.

Concetto d’Agostino ġie Malta nhar il-Ġimgħa filgħaxija minn Sqallija permezz tal-katamaran u ġie arrestat mill-Pulizija wara 20kg kannabis nstabu fil-karozza tiegħu.

Il-kannabis ġie kkonfiskat mill-Qrati Maltin, bil-Qorti tordna t-Taljan biex jħallas multa ta’ €13,976.

L-Ispetturi li kienu man-naħa tal-prosekuzzjoni kienu Kevin Pulis u Anthony Scerri. Għad-difiża tat-Taljan, L-avukat Charmaine Cherret.

Il-Magistrat kienet Dr. Simone Grech.