Lokali

Jintlaqat minn karozza u jsofri minn ġrieħi gravi

Raġel jittajjar kmieni filgħodu u jispiċċa jsofri minn ġrieħi gravi

Raġel ta’ 57 sena residenti r-Raħal Ġdid isofri minn ġrieħi gravi hekk kif, kmieni l-Ħadd filgħodu, safa’ milqut minn vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara.

L-inċident stradali seħħ fi Vjal Sir Paul Boffa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-5:45, bil-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.