Lokali

FILMAT: Joseph Muscat itenni li l-poplu Malti qed jinsteraq mal-100 miljun ewro

Joseph Muscat jerġa’ jtenni li skont ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station tal-gass, il-poplu Malti qed jinsteraq mal-100 miljun ewro

Waqt li kien qed jindirizza attivita’ politika fil-każin Laburista tal-Isla, il-Prim Ministru qal li hu kuntent bir-rapport tal-Awditur Ġenerali.

Mir-rapport joħroġ li l-offerta tal-Electrogas biex jibnu power station tal-gass f’pajjiżna lanqas biss kienet tissodisfa r-rekwiżiti minimi, iżda minkejja dan il-kumpanija ngħatat kuntratt multi miljunarju.

U dan minkejja li hemm nuqqas ta’ evidenza li l-Enemalta kkunsidrat lil ħaddieħor qabel ittieħdet deċiżjoni li jintagħżel il-konsorzju tal-Electrogas.

Dan bir-rizultat li l-Gvern qabel li jixtri l-gass b’somma ferm ogħla għall-enerġija mill-gass, milli kieku kien jonfoq li kieku xtara l-enerġija mill-interconnector.

L-istess rapport tal-Awditur Ġenerali juri wkoll li l-Gvern refa’ r-riskji kollha ta’ dan il-proġett u saħansitra jittimbra l-garanzija tal-Gvern ta’ €360 miljun b’self lill-Electrogas bħala irregolari u li poġġiet riskju kbir.