Il-Kap tal-Oppożizzjoni jerġa’ jiċħad bl-aktar mod kategoriku l-allegazzjonijiet infondati dwar xogħol li għamel bħala avukat f’isem klijent tiegħu snin ilu. Huwa jerġa’ jtenni li m’għandux minn xiex jibża’ għaliex huwa dejjem mexa mal-liġi u b’mod mill-aktar korrett fil-ħidma tiegħu bħala avukat. Dr Delia mill-ġdid isostni li l-ebda spin jew gideb dwaru m’huma se jwaqqfuh milli jkompli jikxef il-korruzjoni f’Kastilja u li għaliha għandha tintrefa’ responsabbilità minnufih.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jinnota li qed jingħad li r-rapport ilu disa’ xhur għand il-Pulizija u ġimagħtejn għand it-Times iżda l-istorja ħarġet biss illum, wara li llum ħareġ ukoll għall-ewwel darba li Schembri u Mizzi se jiġu investigati dwar l-iskandlu ta’ 17 Black u wara li Adrian Delia ma waqafx jitkellem dwar l-iskandlu tal-korruzjoni ta’ 17 Black filwaqt li jesiġi li tintrefa’ r-responsabbilità politika minnufih.
Adrian Delia m’għandu xejn x’jaħbi u mill-ġdid kif għamel għal diversi drabi fl-aħħar xhur jistieden lill-Pulizija biex jekk iridu isejħulu u jistaqsuh dak kollu li jidhrilhom. Fl-istess waqt isostni li l-ebda gidba jew intimidazzjoni mhi se twaqqfu milli jgħid il-verità kollha dwar il-korruzzjoni tal-Gvern ta’ pajjiżna.
Huma ċar li l-Gvern ta’ Joseph Muscat tant jinsab dahru mal-ħajt bil-fatti ta’ korruzzjoni mill-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri, li minflok jieħu azzjoni u jkeċċihom qed jivvinta kull ma jistgħu biex mingħalihom isikktu lil Adrian Delia, li kemm ilu Kap tal-Oppożizzjoni ma waqafx jiġġieled il-korruzzjoni lampanti ta’ dan il-Gvern.
Adrian Delia jinnota b’dispjaċir li The Sunday Times ma qrawx storja tagħhom stess meta ġurnalist tal-istess gazzetta ngħata d-dokumenti kollha minn Dr Delia, u wara li investiga kiteb l-fatti kif rahom b’għajnejh. Kieku The Sunday Times għamlet referenza għad-dokumenti li ra ġurnalist tagħha stess kieku ma kinitx tħawwad l-ismijiet u l-fatti kif seħħew verament, kif ġara f’dan l-artiklu.
//= $special ?>