Lokali

‘Mhu se nħallu lil ħadd juża sistema elettronika biex tkun modifikata s-sistema elettorali” – Clyde Puli

F’post fuq Facebook is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-Elcom (it-tim li jieħu ħsieb l-aspetti elettorali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista) skopra li tista’ tintuża sistema elettronika biex tkun modifikata s-sistema elettorali.

B’referenza għall-artiklu li tellgħet il-Malta Independent, Clyde Puli qal li mhu se jħalli lil ħadd jagħmel il-bżieq fuq imnieħer in-nies. Sostna li huwa perikoluż li l-operatur ta’ sistema elettronika elettorali jista’ jimmodifika s-sistema minn wara dahar kulħadd. Se niġġieldu sal-aħħar bla biża’ mill-ebda qerq, korruzzjoni jew intimidazzjoni.