Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ crash barrier

Ritratt mill-arkivji
Żewġt irġiel involuti f'inċident tat-traffiku; wieħed isofri ġrieħi gravi u l-ieħor isofri ġrieħi ħfief

Raġel Eritrean ta’ 35 sena residenti l-Furjana qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu, għall-ħabta tat-3:15am, fi Triq ix-Xatt, il-Pietà.

Il-vettura kienet misjuqa minn raġel Eritrean ieħor ta’ 57 sena residenti l-Ħamrun, li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, tat-tip Toyota Corolla, b’konsegwenza li ħabat ma’ crash barrier. Irriżulta wkoll illi r-raġel ta’ 57 sena qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.