Lokali

Raġel ta’ 50 sena rrappurtat nieqes

Carmelo (k/a Charlie) Calleja, ta’ 50 sena, illum kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija.

Huwa deher l-aħħar fir-residenza tiegħu ġewwa Santa Venera dalgħodu u kien liebes qmis (chequered) blu tal-flanella, qalziet blue u żarbun blue. Carmel Calleja għandu għajnejn ħodor, xahru bajdanija u ta’ statura medja.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.

L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.