Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta f’Birżebbugia. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6p.m. fi Triq Birżebbugia meta ir-raġel ta’ 45 sena minn Birżebbugia li kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha, ħabat ma’ karozza tat-tip Peugeot 107 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena, ukoll residenti Birżebbugia.

Is-Sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett qed tinvestiga l-każ.