Futbol Sport

Sliema Wanderers fir-raba’ rawnd tal-FA Trophy b’gowl kull taqsima

Lija Athletic jiksbu rebħa faċli fuq Mellieħa

SLIEMA WANDERERS…………… 2  ST. ANDREWS……….. 0

Sliema: J. Galea, M. Sansone, G. Adamovic, S. Biancardi, N. Ashong, M. Scerri (S. Cassar 90’), R. Fenech (J. Mintoff 63’), M. Muchardi, F. Temile, Y. Marzouk (K. Shaw 75’), J. de Assis

St. Andrews: M. Calleja Cremona, A. Brown, T. Blagrove, A. Borg, A. Satariano, R. Martin (K. Magro 78’), J. Farrugia (K. Pulo 77’), M. Woo Ling, K. Reid (A. Friggieri 69’), M. Davis, K. Atkinson

Imwissija: J. Farrugia 22’, M. Davis 79’ (SA), S. Biancardi 29’, M. Scerri 66’, Y. Marzouk 75’ (SW)

Skorjaw: F. Temile 32’, J. de Assis 48’ (S)

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Roberto Vella, Paul Apap

Rapport: George Cassar

Sliema Wanderers ikkwalifikaw għar-raba’ rawnd tal-FA Trophy meta eliminaw lil tim ieħor mill-Premier St. Andrews b’gowl kull taqsima għal riżultat finali identiku għal dak tal-partita li lagħbu bejniethom fil-kampjonat.

L-ewwel gowl Slimiż wasal wara nofs siegħa meta l-korner ta’ Ryan Fenech għadda minn ġod-difensuri ta’ St. Andrews u FRANK TEMILE deffes rasu u skorja l-gowl tal-vantaġġ għall-ewwel gowl tiegħu tal-istaġun.

Sliema skurjaw ieħor fit-tielet minuta tat-tieni taqsima meta l-kross ta’ Matias Muchardi sab lid-difiża ta’ St. Andrews aljenata u JEFFERSON DE ASSIS antiċipa lill-gowlkiper Matthew Calleja Cremona bir-ras u tefa’ fix-xibka.

St. Andrews irreaġixxew fl-aħħar għaxar minuti u resqu qrib permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Adrian Borg li kienet salvata mill-eks Jake Galea bil-ballun jaħbat ukoll mal-mimduda.

MELLIEĦA……………….. 0   LIJA A………………….. 5

Mellieħa: J. Magro, J. Debattista, J. Borg (J.P. Debono 74’), D. Fenech, J. Farrugia, J. Borg, R. Cutajar, T. Sant (L. Mifsud 90’), R. Cutajar (I. Fenech 80’), W. Chetcuti, D. Golubovic

Lija: Z. Valletta, A. Sammut, P. Borg, R. Sammut, M. Clinch (N. Formosa 46’), G. Borg (A. Galea 65’), D. Mintoff, M. Borg Bartolo, A. Borg, P. Dandolo, K. Kuroki

Imwissija: J. Borg 11’ (M), A. Azzopardi 41’ (L)

Skorjaw: P. Dandolo 3’, K. Kuroki 8’, A. Azzopardi 42’, 59’, G. Borg 52’ (L)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Mark Ciantar, Max-Lee Muscat

Lija Athletic ftit sabu diffikultà biex jgħaddu mal-aħħar 16 meta ġabu fix-xejn lit-tim tat-Tieni Diviżjoni Mellieħa b’rebħa ta’ 5-0.

Huma fetħu l-iskor wara biss tliet minuti permezz ta’ PAOLO DANDOLO u saħansitra rduppjaw fit-tmien minuta permezz tal-Ġappuniż KOKEN KUROKI. ANDREA AZZOPARDI għamilhom tlieta ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta skorja mir-rebound wara xutt li ħabat mal-lasta, spiċċa għandu.

B’distakk ta’ tliet gowls u bl-andament tal-partita kif kien, il-logħba kienet diġà mirbuħa u mitlufa, iżda Lija Athletic komplew jiskorjaw u żiedu tnejn oħra fit-52 minuta minn GABRIEL BORG, biex ANDREA AZZOPARDI għaqqad id-doppjetta personali mas-siegħa logħob wara li għeleb lil James Magro b’xutt tajjeb.