Futbol Sport

Xewkija Tigers l-uniku tim Għawdxi mal-aħħar 16 tal-FA Trophy

(Ritratt: Domenic Aquilina)

GUDJA U……………… 1   XEWKIJA T……………. 2

Gudja: M. Xerxen, L. Martinelli, J. Farrugia, J. Bondin, M. Attard (E. Vella 91’), J. Lima, A. Ramos, F. Aboulezz (I. Montanaro 118’), G. Chircop, A. Marshall, R. Kooh Sohna (S. Diacono 71’)

Xewkija: M. Grima, M. Tabone, S. Martinez, D. Krstic, C. Bugeja (S. Bajada 71’), A. Cadu, G. Hili, J. Cefai (), M. Stojanovic, M. Xerri, D. Bogdanovic

Imwissija: S. Martinez 22’, C. Bugeja 65’ (X)

Skorjaw: J. Lima 28’ (G), M. Stojanovic 57’, C. Antunes 104’ pen (X)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Luke Portelli, Robert Curtis

Xewkija Tigers huma l-uniku tim Għawdxi mal-aħħar 16 tal-FA Trophy wara li eliminaw lil Gudja United 2-1 f’logħba li kellha tiġi deċiża fil-ħin barrani. Ir-rebħa għal Xewkija tista’ titqies meritata għaliex wara li marru minn taħt, wettqu reazzjoni u kellhom l-aħjar okkażjonijiet.

JACKSON LIMA poġġa lil Gudja fil-vantaġġ fid-29 minuta b’xutt b’saħħtu. Wara dan il-gowl, Xewkija kienu ftit aħjar mill-avversarji u dan ir-ritmu żammewh anki fil-bidu tat-tieni taqsima li wassal biex ġabu d-draw fis-57 minuta permezz ta’ MILOS STOJANOVIC.

Xewkija saħansitra kellhom iċ-ċans li jirbħu l-logħba fl-aħħar għaxar minuti tal-ħin regolamentari. Matthew Xerxen ċaħħad lil Darko Krstic biex ftit wara Claudio Antunes laqat ħażin wara kross ta’ Daniel Bogdanovic. Xewkija marru fil-vantaġġ fil-104 minuta meta r-referee Glen Tonna ordna penalty għal fawl tas-sostitut Emerson Vella fuq Daniel Bogdanovic, b’CLAUDIO ANTUNES jegħleb lil Xerxen mill-11-il metru.