Stazzjon tar-radju f’Ohio waqqaf il-kanzunetta klassika “Baby It’s Cold Outside” milli tindaqq onair minħabba li għal settur ta’ nies l-kliem jistgħu jkunu kontroversjali.
Din il-kanzunetta hi waħda mill-aktar li tindaqq fi żmien il-Milied, u fil-fatt, skont stħarriġ li sar mill-istess stazzjon il-maġġoranza tas-semmiegħa huma kontra din il-projbizzjoni.
Jidher illi kien hemm numru ta’ ilmenti fuq din id-diska, anke fid-dawl tal-Moviment #MeToo li ħoloq kuxjenza akbar kontra l-abbuż fiżiku u verbali fuq in-nisa.
//= $special ?>