Lokali Qorti

€41,400 fi flus foloz ma kienux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni fis-suq

L-akkużat xtara il-karti tal-flus foloz biex jilgħab poker

Raġel Tork inħeles mill-akkużi li daħħal f’Malta karti tal-€200 wara li -Qorti kkonkludiet li l-akkużat ma akkwistax dawn il-karti foloz biex jużhom verament. Imma kien sempliċiment se jużahom għal-logħob tal-poker.

Bessam Abdulhamid, li kien twaqqaf fl-ajruport fl-4 ta’ Mejju tal-2015, instab li kellu b’kollox €41,400 fi flus foloz.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkonkludiet li l-akkużat baqa’ konsistenti mal-verżjoni inizjali tiegħu, fejn kien qal illi hu akkwista dawn il-karti foloz minn suq f’Istanbul. Kien evidenti wkoll li l-karti ma kienux ta’ flus vera għaliex kellhom qisien ivarja u kellhom miktub ‘Void’ bit-Tork.

Għalhekk Abdulhamid inħeles minn kull akkuża.

L-avukat Joe Giglio deher għall-akkużat.