Fid-dawl tal-konklużjonijiet mill-NAO dwar l-Electrogas, illejla fil-Parlament il-Kap tal-PN Adrian Delia insista ma’ Joseph Muscat biex jissospendi s-seduta Parlamentari u tiġi diskussa din il-materja ta’ urġenza.
Fid-diskors tiegħu fil-Kamra tar-Rappreżentanti, Adrian Delia spjega x’inhuma n-nuqqasijiet kbar li fih dan il-kuntratt li xpruna l-Ministru Konrad Mizzi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel lista ta’ fatti – u mhux allegazzjonijiet – li joħorġu mir-Rapport tal-Awditur Ġenerali; konklużjonijiet illi jkissru l-argumenti kollha li qed jagħmel Joseph Muscat.
Adrian Delia fakkar illi kien Muscat stess illi ħareġ jgħid li l-Gvern qed jisraq lin-nies 200 miljun kull sentejn. Hu sfida lil Muscat kif se jġib lura dawn il-flus misruqin. “Din hi serqa minn fuq il-poplu kollu”, qal Adrian Delia.
Hu insista li din il-powerstation mhi xejn għajr magna li taħsel il-flus li l-Gvern qed jieħu minn ħalq il-familji.
//= $special ?>