– Marthese Portelli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet fil-parlament li fl-2013 l-Partit Laburista mill-Oppożizzjoni għażel lil Konrad Mizzi biex imexxi l-ikbar proġett infrastrutturali tal-pajjiż. Hi qalet li fil-preżentazzjoni tal-PL tissemma’ DNV Cema fejn il-PL kien qal li din il-kumpanija kienet konsulenta tal-PL u ħadmu fuq l-għażla tal-lum.
Ir-rapport tal-NAO jgħid li wieħed mill-aġġudikanti li kien hemm kien ukoll il-konsulent tad-DNV Cema li kien responsabbli mill-aspett kummerċjali tagħha u li din l-istess DNV Cema ingħatat numru ta’ direct orders mill-ministeru responsabbli mill-Enerġija.
Marthese Portelli semmiet lin-negozjanti Maltin u staqsiet jekk dawn humiex protetti fuq il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni. Hi kompliet li wara l-elezzjoni tal-2013 infetħu l-kontijiet u li fi żmien xahar mill-elezzjoni bdew ħerġin l-offerti għall-power station.
Mhux minnu li l-NAO jagħti ċertifikat lill-gvern fejn l-NAO jgħid li l-Kumitat tal-Evalwazzjoni ma mexiex mal-kumpaniji kollha l-istess. L-NAO jgħid ukoll liw aqt li ċertu kumpaniji tħallew ikomplu minkejja li kellhom in-nuqqasijiet. Kien hemm ukoll trattament inkonsistenti fl-assessjar tas-sottomissjonijiet.
//= $special ?>