Lokali Parlament

Il-Ministru Konrad Mizzi għandu jirriżenja; qed jagħmel ħsara lill-Maltin

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station, il-Ministru Konrad Mizzi għandu jerfa’ ir-responbabiltà dwar in-nuqqasijiet gravi li sab l-Awditur Ġenerali u jirriżenja biex ma jibqax jagħmel ħsara u jgħarraq ill-Maltin u l-Għawdxin.

F’dibattitu parlamentari l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li kien hemm 19-il kumpanija li wrew interess fil-proġett li naqsu għal 11-il kumpanija. Il-proċess kollu jrid ikun trasparenti fejn il-gvern iqababd nies li jevalwaw l-offerti u jiddeċiedu fl-aħjar interess tal-pajjiż Dan biex il-poplu jkollu l-irħas prezz possibbli.

Mill-ewwel jidher li l-intenzjoni tal-gvern kienet li n-nies li ngħtażlu fil-Kumitat ta’ Evalwazzjoni kienu n-nies tan-Nexia BT fosthom Brian Tonna li l-persuna li l-Ministru Konrad Mizzi qabbdu biex jiftaħlu kumpanija fil-Panama. Dan sar 48 siegħa biss wara r-riżultat elettorali tal-2013.

DNV Cema kienu l-konsulenti tal-PL dwar il-proposta tal-PL dwar il-power station tal-gass; liema proposta kienet dik ta’ Konrad Mizzi qabel l-2013. Il-konsulent tal-Ministru Mizzi qabel l-2013 ingħata r-rwol biex l-għażla eventwali tal-power station kienet identika għal dak li l-PL kien ipprometta. Dan jgħidu l-Awditur Ġenerali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li kien hemm offerent li qal li l-proġett ma setax ikun vijabbli mingħajr garanzija bankarja mill-Gvern. L-Enemalta kienet ċaħdet dan l-argument. Irriżulta li l-Gvern ħareġ bankarja ta’ €360 miljun li nkwieta bil-kbir lill-Awditur Ġenerali.

L-Awditur Ġenerali kkonkluda li l-ebda offerent ma kellu kollox sew iżda l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni tratta mod u mod differenti lil min tefa’ l-offerti. Kien hemm min kellu l-gvern meigħu u kien hemm min ma kellux l-għajnuna tal-gvern. Ċertu kumpaniji tħallew ikomplu għaddejjin bil-prożess minkejja n-nuqqasijiet waaqt li oħrajn twaqqfu. Mhux kulħadd kien trattat l-istess, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni. L-NAO innota li l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni uża riga differenti għall-istess nuqqasijiet. Kien hemm tliet kumpaniji li ma kellhomx l-abbiltà li jirriferu għal proġetti li għamlu u qabel iżda wieħed minnhom twarrab waqt li l-oħrajn komplew bil-proċess.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Awditur Ġenerali qal li kien hemm inkonsistenza bil-mod kif il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni mexa fl-evalwazzjoni tal-offerti. Il-Gvern mexa ħażin anki fuq dawn il-fatti biss.

L-NAO tesprimi tħassib dwar €20 miljun li kienu nieqsa fil-finanzjament fit-tul tal-proġett. L-Awditur qal li minkejja din id-diskrepazna, huma tħallew jipproċedu u espriema tħassib serju għall-inklużjoni tas-SOCAR; ditta mill-Ażerbajġjan – l-aktar pajjiż krorott fid-dinja. Is-SOCAR kien jifforma aprti mill-Electrogas meta ma kellux qagħda fiannzjarja tajba tant li ħareġ mill-konsorzju ftit wara li kien iffirmat il-kuntratt. L-NAO qal li kienet kontra l-proċedura li min jissuplixxi l-fuel jkun ukoll dak li jmexxi l-proġett.

Irriżulta li l-Minstru Konrad Mizzi rabat idejn il-gvern biex l-Enemalta tixtri 85% tal-gass mill-Electrogas irrispettviamnet mir-rekwiżiti. Kemm jekk ikun hemm bżonnu kif ukoll jekk le Malta se jkollha tħallas bil-prezz miftiehem. DWar il-kalkolu, Adrian Delia qalli l-Prim Ministru qabel miegħu fuq il-kalkolu.

Ir-rapport jgħid li qed inħallsu €50 żejda għal kull megowatt. Il-Prim Ministru qed jifraħ li l-poplu qed jinsteraq €200 miljun kull sentejn u mhux €200 miljun kull sena. L-Oppożizzjoni ma temminx il-kalkoli tal-gvern meta 80% tal-konsumaturi qed jinsterqu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. S’issa l-Prim Ministru ammetta l-ewwel €100 miljun.

L-NAO kellu tħassib serju dwar in-nuqqas ta’ due diligence suriet in-nies sa mill-bidunett tal-proċess tant li ċertu skrutinju sar b’goole search fuq l-internet. Ir-Review Board irrakkomanda li l-għażla tal-power station fuq l-art kienet tkun waħda ferm aħjar mit-tanker. Irriżulta li l-Electrogas ma kellu l-esperjenza fis-settur tal-LNG.

Il-Ministru Mizzi qabbad lil Brian Tona biex jagħmel min se jagħmel il-power station u fl-istess ħin jiftaħ kumpanija għalih, waħda għal Keith Schembri u kumpanija oħra għal persuna oħra. Twaqqfet il-kumpanija 17 Black li minnha dawn it-tlett kumpanija kellhom jirċievu l-flus. Il-poplu Malti qed iħallas €100 u €200 miljun. Il-power station ma kienet xejn ħlief li jitnaddfu l-flus li l-gvern qed jieħu lill-poplu.

Adrian Delia qal li l-Ministru Konrad Mizzi u sejjaħ li r-rapport ta-NAO bħala ċertifikat li juri li l-affarijiet ma setgħux isiru aħjar. Dan ifisser li l-Ministru Mizzi se jerġa’ jagħmel l-istess f’kuntratti orħa. Il-Ministru Miziz iffirma dan il-kuntratt meta kien Ministru tat-Turiżmu għaliex ħadd ma ried jerfa’ din ir-respnosbbiltà.

Adrian Delia qal li fil-gvern hemm min ma jaċċettax li l-affarjiet isiru b’dan il-mod u qal li l-Gvern ma jistax jibqa’ jgħarraq setturi fuamdentali tal-ekonomija. Hu appella lill-Gvern biex dan id-dibattitu jkun il-bidu ta’ skrutinju u analiżi mill-poplu Malti dwar fejn jista’ jasal dan il-gvern.

Il-Ministru Konrad Mizzi għandu jerfa’ din ir-repsonbabiltà, jirriżenja u ma jibqax jagħmel ħsara u jgħarraq ill-Maltin u l-Għawdxin. Hu appella lill-Gvern biex dan id-dibattitu jkun il-bidu ta’ skrutinju u analiżi mill-poplu Malti dwar fejn jista’ jasal dan il-gvern.