Lokali

Il-Pulizija tinvestiga l-mewt ta’ raġel fil-Marsa

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li nstab raġel mejjet fil-Marsa.

Is-sejba seħħet fi Ġnien il-Belvedere hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher illi l-vittma huwa raġel Etjopjan ta’ 62 sena.

Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi w uffiċjali tal-Pulizija. Sorsi li tkellmu ma’ Net News stqarrew li kollox qed jindika li r-raġel miet kaġun ta’ kawża naturali.

Madanakollu, minħabba nuqqas ta’ xhieda, xorta waħda infetħet inkjesta maġisterjali.