Lokali

Illum jigradwaw aktar studenti – ikomplu ċ-ċelebrazzjonijiet

Matul il-gurnata komplew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-gradwati l-ġodda li spiċċaw il-kors tagħhom fl-Università ta’ Malta.

It-Tnejn kien imiss numru ta’ studenti li studjaw il-politika soċjali li żewqu t-toroq bil-ħornijiet u l-għajjat taghhom.

Il-gradwati waslu ukoll fid-Dar Ċentrali tal-PN fejn hemm ġew milqugħa kemm mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, kif ukoll mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli. Huma ferhu lill-istudenti kollha ghas-success taghhom fi tmiem il-kors Universitarju.

Intant fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta komplew il-gradwazzjonijiet ta’ 318-il student inkluż studenti mill-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Managment u l-Accounts. L-Istitut tat-Turiżmu, iċ-Ċentru tat-Tmexxija u n-Negozju, kif ukoll iċ-Ċentru tal-Profiċjenza tal-Ingliż.