Sport Sport Ieħor

Ir-raba’ rebħa konsekuttiva għat-tim tal-Università

(Ritratt: Joe Borg)

It-tim tal-Istudenti tal-Università ta’ Malta kiseb ir-raba’ rebħa konsekuttiva u tela’ issa bi 15-il punt fil-klassifika wara rebħa ta’ 6-4 kontra Tarxien Rainbows. L-Universitarji li għaddejin b’forma mill-aqwa, ħarġu determinati li ma joħorġux b’idejhom vojta minn dan il-konfront. Min-naħa tagħhom Tarxien Rainbows ippruvaw iwettqu reazzjoni, iżda ma kienx biżżejjed biex idawru r-riżultat.

Għat-tim tal-Università skorjaw Lee Grech, Cleaven Portelli, Daniele De Gennaro, Neil Cauchi u doppjetta ta’ Ervin Rigo. Il-gowls ta’ Tarxien Rainbows waslu minn doppjetta ta’ Claudio Venuto u gowl kull wieħed għal Cedric Sciberras u Armando Djepali.

F’aktar logħbiet, Pietà Hotspurs li kienu ġejjin minn serje negattiva irritornaw għar-rebħ meta għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 7-0. Swieqi United żidu rebħa oħra li żżomhom fil-quċċata flimkien ma’ Luxol u Valletta, meta għelbu lit-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol bl-iskor ta’ 12-3. Fiż-żewġ logħbiet li kellna skedati l-Ġimgħa filgħaxija Valletta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 6-4, filwaqt li Luxol għelbu lil UM Futsal Academy bl-iskor ta’ 18-0.

Klassifika: Luxol 21 punt, Valletta 21 punt, Swieqi United 21 punt, Birkirkara 15-il punt, Universitá ta’ Malta 15-il punt, Tarxien Rainbows 9 punti, Pietá Hotsputs 6 punti, Swieqi United 3 punti, UM Futsal Academy 3 punti, Luxol U19 3 punti.

Logħob li jmiss

Illum: Padiljun Sportiv Kordin – Luxol U19 v Pietà H. 8.15pm

Għada: Padiljun Sportiv Kordin – Birkirkara v UM Futsal 8.15pm

Il-Ħamis: Padiljun Sportiv Kordin – Swieqi U21 v Tarxien R. 8.15pm

Il-Ġimgħa: Padiljun Sportiv Kordin – Università v Valletta 8.15pm

Il-Ġimgħa: Skola Nazzjonali tal-IsportSwieqi v Luxol 8.15pm