Lokali Parlament

Jeħtieġ kultura ta’ solidarjetà mal-persuni b’diżabbiltà mentali

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li s-saħħa mentali għadha taboo fejn kienu abbandunati diveri setturi ta’ dan is-settur u saħaq fuq l-importanza li tkun eliminata l-burokrazija biex jingħataw is-servizzi. Hu qal li hemm qtigħ ta’ qalb tal-ġenituri li wliedhom jibbenefikaw minn diżabbiltà severa. Il-gvern qed iwarrab lil dawn in-nies, sostna Ivan Bartolo, li appella għas-solidarjetà. Jeħtieġ li jkun hemm bidla kbria beix il-eprsuni b’diżabbiltà mentali jinżammu fil-komunità.

Fil-parlament Ivan Bartolo tkellem kontra kampanji politċi li jżebilħu lil min ikun qed jikkritika lill-gvern u sostna li minkejja l-attakki fuqu hu se jibqa’ jagħmel l-mistoqsijiet parlamentari. Hu sostna li l-iskop ta’ Manwel Cuschieri qed jipprova jżebilħu meta dan kien imwaqqaf milli jippreżenta l-programmi fuq Super One.

Id-deputat Nazzjonalista kompa li hu bniedem ta’ integrità li jinsab fil-politika biex jgħin lin-nies, li ma tridx li jittarduha fuq id-djar, li l-politiċi jużaw il-politika biex jimlew buthom u li l-politiċi jidgħu fil-parlament. Hu qal li hu qatt ma beża, u fl-2003 kien hu biss li tkellem favur l-UE minkejja li kien hemm sitt pampaluni li kienu se jitkellmu. Uħud minnhom għadhom fil-parlament.

Meta kien fil-PL u kien ifaħħar lil Mintoff fuq ir-radju kienu bagħtu għalih biex jieqaf jitkellem favur Mintoff. Hu qal li Manwel Cuschieri kien iħeġġu biex joħroġ mal-PL u kien elett.