Lokali

Joseph Muscat jidħaq waqt li l-poplu jinsteraq

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux biss qed jammetti li l-poplu Malti u Għawdxi qed jinsteraq mill-ftehim ħażin li sar dwar il-powerstation tal-gass iżda issa qed jidhak meta ffaċċjat b’dan il-fatt. Dan waqt li kull sena, pajjiżna qed jitlef mal-mitt miljun ewro minhabba l-ghazla tal-Electrogas.

Ir-risposta ta’ Joseph Muscat tasal wara li l-Prim Ministru ilu għall-aħħar jiem jgħodd somma wara l-oħra biex jikkonferma li minn dan il-ftehim pajjiżna qed iħallas mitt miljun fis-sena iktar… milli kieku użajna l-enerġija mill-interconnector.

Muscat baqa’ wkoll jiddefendi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri meta ffaċċjat mill-ġurnalisti dwar il-kundanna ta’ rapport tal-Awditur Ġenerali għall-mod kif mexa’ bih Gvern Laburista biex intagħżlet il-kumpanija li tibni l-powerstation il-ġdida…u meta afrontat mill-gdid bid-domandi dwar 17 Black.

Ir-rapport tal-Awditur Generali dwar il-powerstation tal-gass innota “l-mod inkonsistenti li kien adottat fil-valutazzjoni tas-sottomissjonijiet, nuqqasijiet relatati mad-due diligence, bil-verifiki nwettqa meqjusta bħala insuffiċjenti u nuqqas ta’ evidenza li l-Enemalta kkunsidrat mudelli ta’ akkwist alternattivi b’mod li jqanqal riżervi dwar id-disinn tal-proġett”