Il-Ministru Konrad Mizzi qed jimbotta lill-Air Malta biex takkwista numru ta’ ajruplani żgħar – strateġija li inżammet moħbija minn kulħadd, sakemm fl-aħħar jiem ġie żvelata fil-media internazzjonali mis-sit Blue Swan Daily.
Dan is-sit jikkwota liċ-chairman tal-Air Malta, Charles Mangion, jammetti illi l-linja nazzjonali tagħna se tmur għall-ajruplani Airbus A220 biex tibda ittir lejn bliet varji tal-Mediterran. Dawn l-ajruplani kapaċi jġorru bejn 100 u 130 passiġġier.
Il-Gvern sa issa għadu ma qalx liema huma d-destinazzjonijiet ġodda fil-Mediterran li se jkunu qed jiżdiedu mal-iskeda preżenti. Bħalissa, kif inhuma r-rotot tal-Air Malta diġa’ hemm diffikulta’ biex jingħata s-servizz sħiħ mingħajr interruzzjoni.
Kumpaniji oħra li jużaw dawn il-mudelli ta’ Airbus huma l-airBaltic u l-Korean Air.
Għalkemm l-A220 huma ajruplani tal-Airbus, ġew disinjati oriġinarjament mill-kumpanija Kanadiża Bombardier Aerospace.
//= $special ?>