Mara ta’ 56 sena minn Ħal Qormi sofriet minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li ntlaqtet minn vettura fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija mid-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Nissan Note, misjuqa minn mara ta’ 49 sena minn Ħal Qormi.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura, fejn aktar tard ġiet ċertifikata li qed issofri min ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>

