Lokali

Orange Campaign – Kampanja b’risq il-Caritas

Orange Campaign b’risq il-Caritas. Dan kien l-għan tal-kampanja għal din is-sena mtella’ mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Hemmhekk ħadna l-kumment tas-Segretarju tal-istess Għaqda, Karl Andrew Schembri illi qalilna kellimna dwar il-ħidma u l-għan aħħari ta’ din l-attività.

NetNews tkellem ukoll ma’ Anthony Gatt mill-Caritas illi spjegalna aktar fuq ix-xogħol li qed twettaq din l-entità fi ħdan is-soċjetà tagħna.

Din l-attività kienet mifruxa fuq jumejn u ttellat fil- quad tal-Università ta’ Malta.