Lokali Parlament

Possibbiltà li Daphne Caruana Galizia kienet maqtula b’konnessjoni mal-korruzzjoni tal-Electrogas

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-fatt li Daphne Caruana Galizia kellha madwar 60,000 email tal-Electrogas jagħmilha possibbli li hi kienet eliminata minħabba l-korruzzjoni fil-bini tal-power station tal-Electrogas.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-Gvern qed iħalli ħafna affarijiet importanti li jħammrulu wiċċu. L-NAO jgħid li ma kienx hemm due diligence u li ma kienx hemm proċess kompetittiv biżżejjed. Dan minħabba li l-Electrogas kien aġevolat, sostna Jason Azzopardi, li kompla li l-Enemalta bidlu l-pożizjzoni dwar il-garanzija bankarja ta’ €360 miljun.

Dan ir-rapport ma jistax ikun imwarrab mill-istorja ta’ 17 Black li nfetħet f’Dubaj biex il-Ministru Mizzi u Keith Schembri jieħdu €150,000 fix-xahar. Dan ma jistax jitwarrab mill-fatt li Daphne Caruana Galizia ingħatat eluf ta’ emails ta’ Electrogas, li fi ħdanhom jista’ jirriżulta li min kien qed jigwadanja mill-korruzzjoni seta’ kellu mtotiv li tinqatel Daphne Caruana Galizia. Email mis-60,000 tal-Electrogas minn Cathrine Halpen lil Turab Musajef mll-Azerbajan jintqal li hemm pjan biex isir il-bitcoin.