Lokali Parlament

Rapport li jikkonferma li dan hu l-aktar gvern korrott fl-istorja

– Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li r-rapport hu ċertifikat li l-Gvern hu l-aktar gvern korrott fl-istorja tal-pajjiż iżda ħadd mill-politiċi tal-PL m’għandu l-kurraġġ jitkellem. Il-gvern falla f’kull stadju tal-proċess tal-power station. Ir-rapport ma jinkludix il-każ tal-miljuni ta’ ewros f’xiri taż-żejt mis-SOCAR u l-€40 miljun differenza fix-xiri taż-żejt.

Hu qal li jitħassar lill-Ministru Joe Mizzi li se jkollu jiddefendi lil sħabu meta kien Konrad Mizzi li iffirma l-kuntratt. L-Oppożizzjoni trid arja nadifa imma mhux bil-korruzzjoni, sotsna David Agius li qal li d-dokument se jkun jkun trattat mill-Oppożizzjoni biex tiġġieled favur is-sewwa.