Futbol Sport

Southampton ikeċċu lill Mark Hughes

It-tim tal-Premiership Southampton dalgħodu ħabbru li temmew il-kuntratt tal-manager tagħhom Mark Hughes.

Hu kien ilu biss 8 xhur fit-tmexxija. Bħalissa, Southampton qedgħin fit-18-il post tal-klassifika. Fi tmiem il-ġimgħa huma spiċċaw fi draw ta’ 2-2 ma’ Manchester United, wara li kienu 2-0 minn fuq.

L-Assistant Manager Kelvin Davis se jmexxi lit-tim għall-partita tal-Erbgħa kontra Tottenham.