Lokali

Stqarrija tal-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista (FOIPN)

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Persuni b’Diżabilità, l-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista (FOIPN) jixtieq isellem lil dawn il-persuni kif ukoll lill-familji tagħhom u lil dawk li ddedikaw ħajjithom f’ħidma siewja sabiex dawn l-istess persuni jkunu jistgħu jimxu ‘l quddiem.

L-FOIPN jixtieq li tkompli titqanqal kuxjenza li l-persuni b’diżabilità huma membri tas-soċjetà u għalkemm għandhom ħtiġijiet differenti, jkomplu jżewqu s-soċjetà tagħna.

F’dan il-jum nagħmlu tajjeb li niffokaw fuq l-abbiltajiet ta’ kulħadd u minflok nitkellmu dwar nuqqasijiet fiżiċi jew intelletwali jkun tajjeb jekk nitkellmu fuq kif kull persuna tista’ tilħaq il-milja tagħha.

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs jirrafferma l-impenn tieghu li jkompli jippromwovi d-drittijiet u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilita’, id f’id mal-vizjoni tal-Partit Nazzjonalista li jkollna soċjetà li jimpurtaha.

L-FOIPN itemm jghid li s-soċjetà kollha għandha tassigura li żmien l-esklużjoni għadda u għaldaqstant jeħtieġ li kulħadd jingħata l-opportunitajiet kollha bi dritt.