Żagħżugħ ta’ 20 sena ingħata sentenza ta’ 16il-xahar ħabs wara li nstab ħati ta’ serq ta’ ikel u xorb minn ħanut fil-Belt.
Nico Spadling, li hu Malti u mingħajr saqaf fuq rasu,kien tressaq il-Qorti mill-Ispettur Jeffrey Scicluna fil-bidu tax-xahar li għadda fejn ma kienx ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat. Huwa kien ġie arrestat f’Ħaż Żabbar.
Fil-kumpilazzjoni tax-xhieda l-imputat ammetta l-akkużi quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, li weħlitu sentenza ta’ ħabs effettivi għall-affarijiet misruqa li l-valur tagħhom kien jammonta sa €50.
Nico Spadling kien instab ħati ta’ każ ieħor ta’ serq fejn kien ammetta u ngħata probation, li nkissret mill-imputat.
//= $special ?>