15-il Lukanda it-Tlieta ingħataw iċ-ċertifikat ECO maħruġ mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li jiċċertifika dik il-lukanda partikolari li qed timplimenta proċessi u miżuri li jkunu favur l-ambjent.
Miżuri bħal użu ta’ karti riċiklabbli, li jkunu iktar effiċjenti fil-konsum tal-ilma u tal-enerġija elettrika huma fost is-sensiela ta’ miżuri li jwasslu biex lukanda tingħata l-ECO certification.
David Mifsud, Chairman tal-Green Committee tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu, qal li din iċ-ċertifikazzjoni issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 16-il sena. Fil-fatt il-parti l-kbira tal-lukandi li ngħataw iċ-ċertifikazzjoni it-Tlieta huma konferma taċ-ċertifikazzjoni li tkun ingħatat fis-snin qabel u tnejn biss mill-15 huma ċertifikazzjonijiet ġodda.
Iċ-ċertifikazzjoni tinkiseb wara li l-lukanda tkun għaddiet minnn proċess ta’ audit fejn irid jiġu sodisfatti numru ta’ kriterji mandatorji u oħrajn li huma ta’ natura volontarja li madanakollu jtejjbu r-riżultat aħħari ta’ dan l-audit.
Il-kumpanija li għamlet l-audit għan-nom tal-MTA qalet li matul din is-sena li għaddiet, saru 27 audit. Minbarra l-15 il ngħataw iċ-ċertifikazzjoni t-tlieta, il-kumplament se jingħataw iċ-ċertifikazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.
//= $special ?>