Lokali

9 għaqdiet internazzjonali jaqblu mal-proposta li ssir inkjesta indipendenti

Sejħa oħra għal inkjesta indipendenti biex tiġi investigata l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Disa’ ngo’s internazzjonali ċanfru bil-qawwa lill-Gvern Malti għall-fatt li sal-lum għadha ma saritx ġustizzja wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, f’għeluq is-sena mill-arresti ta’ 10 persuni b’rabta mal-istess qtil, l-għaqdiet internazzjonali appellaw mill-ġdid biex issir investigazzjoni serja u indipendenti.

Dan wara li xahrejn ilu l-Kap tal-PN Adrian Delia sejjaħ sabiex titwaqqaf kummissjoni speċjali sabiex permezz ta’ inkjesta pubblika tinvestiga l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, filwaqt li talab mill-ġdid għat-tneħħija tal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

L-istqarrija tal-ngo’s kienet mibgħuta minn Reporters Without Borders (RSF), The Committee to Protect Journalists, il-European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF), il-European Federation of Journalists, l-International Press Institute, l-IFEX, l-Index on Censorship, il-PEN America u l-PEN International.