Hemm bżonn ta’ aktar kuxjenza biex min ibati mill-kundizzjonijiet tal-Chronic Fatigue Syndrome u l-Fibromyalgia jitkellem ħalli jsb l-għajnuna.
Dan kien l-appell tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa fl-Uffiċċju tiegħu mal-Chronic Fatigue Syndrome & Fibromyalgia Alliance Malta.
Hu wiegħed l-appoġġ tiegħu u tal-Partit għal dawk li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet. Qal li lest jappoġġja kwalunkwe proposta b’risq dawn il-persuni – tiġi minfejn tiġi.
Min-naħa tagħha, Ruth Debono, f’isem l-għaqda, spjegat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista li għalkemm għandhom aktar minn 300 membru, huma konxji li hawn ħafna aktar li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet fiżiċi, iżda li s’issa għadhom ma ssieħbux fl-għaqda.
Kien għalhekk li ż-żewġ naħat qablu fuq l-importanza li min ikun jaf li jbati minn din il-kundizzjoni, jitlob l-għajnuna minn min jifhem fil-kundizzjoni.
//= $special ?>