Lokali

Ċelebrazzjoni tal-kċina tradizzjonali Maltija u Naplitana waqt Misraħ il-Milied

L-Attivitajiet ta’ Misraħ il-Milied għaddejjin ġmielhom fil-foyer tad-Dar Ċentrali, b’ikel u xorb tradizzjonali kif ukoll il-wirja tal-presepji.

Tkellimna mad-Deputat Robert Cutajar, ko-ordinatur ta’ Misraħ il-Milied dwar l-andament ta’ Misraħ il-Milied sa issa.

Attrazzjoni ewlenija se ssir nhar il-Ġimgħa fejn se jkun hemm ikel tradizzjonali ippreparati minn chefs Maltin u Naplitani. Għal donazzjoni ta’ €20, wieħed jista’ jkollu esperjenza ta’ ikel tradizzjonali tal-Milied minn Malta u l-Italja.

Il-wirjiet, l-ikel u l-ispettaklu jkomplu sa nhar il-Ħadd fejn Misraħ il-Milied jilħaq il-qofol tiegħu bil-Maratona Ġbir ta’ Fondi fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

 

Misraħ il-Milied jiftaħ kuljum fil-5.30p.m. Is-Sibt u l-Ħadd, Misraħ il-Milied jiftaħ fid-9.30a.m.