Lokali

Ferut gravi wara ħabta f’Tal-Barrani

Żagħżugħ ta’ 27 sena weġġa’ gravi wara inċident li seħħ il-lejl li għadda fi Triq Tal-Barrani ż-Żejtun.

Jidher illi fil-ħabta kienu nvoluti Volkswagen Golf misjuqa miż-żagħżugħ minn Marsaxlokk u Vauxhall Astra misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż Żabbar.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura.