Ralph Hasenhüttl laħaq ftehim biex isir manager ta’ Southampton b’kuntratt ta’ sentejn u nofs sas-sajf tal-2021. Biex l-aħbar tkun uffiċjali, għad jonqos xi dettalji żgħar li jridu jintlaħqu, iżda l-Awstrijak hu mistenni li jkun f’Wembley Stadium biex isegwi l-logħba tal-lum li Southampton għandhom kontra Tottenham Hotspur.
Hasenhüttl hu meqjus bħala wieħed mill-kowċis emerġenti tal-Ewropa. Ir-rekord pożittiv tiegħu mal-klabbs Ġermaniżi Ingolstadt u Leipzig jidher li kkonvinċew it-tmexxija ta’ Southampton li hu l-aħjar persuna f’dan il-mument pjuttost diffiċli għalihom.
Hu mexxa lil Leipzig sat-tieni post fl-ewwel staġun fil-Bundesliga u sussegwentament l-ewwel parteċipazzjoni fiċ-Champions League kif ukoll kwarti tal-finali tal-Europa League. Wara li fl-istaġun li għadda spiċċaw fis-sitt post, Hasenhüttl ħalla lil Leipzig wara li naqas li jilħaq ftehim fuq kuntratt ġdid.
//= $special ?>