Lokali

Il-Gvern se jibda jnaqqar anke mill-baħar

Issa huwa konfermat li l-Gvern se jibda’ jnaqqar anke mill-baħar sabiex ikun jista jsir iktar żvilupp. Dan ikkonfermah il-Prim Ministru innifsu wara rapport fil-gazzetta il-mument illi kixfet il-pjan tal-Gvern.

Muscat ammetta li dan ser ikollu jsir minħabba l-ammont dejjem jikber ta’ skart mill-industrija tal-kostruzzjoni u li ma fadalx iktar spazju fejn jista’ jintrema.

Hu qal ukoll li dan l-iskart se jikber ferm aktar jekk isir il-proġett tal-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex, u għaldaqstant irridu naraw kif se niddisponu minnu.

Hu rrefera għal Baħar iċ-Ċagħaq bħala zona fejn tista’ ssir ir-reklamazzjoni iżda qal ukoll li f’din iz-zona hemm speċi partikolari ħafna ta’ Alka msejjħa Posidonia li tista tkun ta’ problema għal-żvilupp.

Mhux maghruf jekk sa issa saritx konsultazzjoni mal-esperti fuq din il-materja sensittiv.

Muscat qal biss li qed isiru studji mill-ERA, mit-Transport Malta u mill-Awtorità tal-Ippjanar.