Ftit tal-ħin ilu tħabbar li l-Gvern Franċiż se jwaqqaf il-pjan li kellu li jżid it-taxxa fuq il-fuels. Dan tħabbar uffiċjalment mill-Prim Ministru tal-pajjiż.
Il-prezz tal-fuels wassal għal protesti kbar madwar il-pajjiż, partikolarment f’Pariġi.
Id-dimostranti ħadu l-isem “tal-ġakketta s-safra”, bil-protesti jirriflettu r-rabja kbira li teżisti għall-Gvern. Iżda l-President Macron ta’ indikazzjoni mill-aktar ċara fl-aħħar sigħat, u talab lill-Prim Ministru biex tiġi riveduta din il-mossa li kienet se taffetwa l-għixien ta’ miljuni ta’ familji, ħaddiema, bdiewa u negozjanti.
//= $special ?>