L-Awditur Ġenerali dispost biex imur quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC) halli jispjega fid-dettall ir-Rapport iebes illi ħejja dwar il-powerstation il-ġdida tal-gass f’Dellimara.
Dan qalu l-Awditur innifsu fi stqarrija fejn innota r-reazzjoni qawwija li kien hemm ghal dan ir-Rapport illi tfassal mill-Uffiċċju tal-Verifika.
L-Awditur fil-fatt, innota b’interess u sodisfazzjon id-diskussjoni pubblika estensiva li tqanqlet wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport, speċjalment id-dibattitu li kien hemm ilbieraħ fil-Kamra tad-Deputati – diskussjoni li giet xprunata mill-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia.
//= $special ?>