Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li jintlaqat minn mutur

Raġel t’għoxrin sena mill-Ħamrun dalgħodu għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Kymco Agility 125li kien qed isuq u laqat raġel ta’ 49 sena minn Tas-Sliema. L-inċident seħħ fi Triq l-Assedju, l-Furjana.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 49 sena l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.