Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-kunsilli lokali f’pajjiżna, ġiet ikkonċelebrata quddiesa ta’ radd-il ħajr fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Aktar tard, ġie organizzat ukoll riċeviment fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Waqt din iċ-ċerimonja ġew ippreżentati plakki kommemorattivi lill-qraba ta’ dawk is-sindki u kunsilliera li llum m’għadhomx magħna, kif ukoll midalja lill-eks ministri u segretarji parlamentari li kienu responsabbli mill-gvern lokali f’dawn l-aħħar 25 sena, lill-eks diretturi tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali kif ukoll lil dawk preżenti, lill-eks presidenti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll lill-president preżenti, lill-presidenti tal-Kumitati Reġjonali u anki lis-sindki, viċi-sindki, kunsilliera u segretarji eżekuttivi kollha.
//= $special ?>