Lokali

Jiżdiedu l-emissjonijiet – il-Gvern qed ifalli fil-miri tiegħu

Il-Gvern qed ikompli jitbiegħed mill-miri tal-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet.

Il-Gvern ta’ Muscat li tela’ bl-għajta li l-ambjent jingħata priorità qed ifalli miżerjament f’dal qasam….issa bi statitstiċi maħruġa mir-rapport tal-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent li juru li Malta falliet milli tilħaq il-miri għall-2017 bi 23% u qed jindika li Malta għadha ‘il fuq minn 46% bogħod mill-miri tal-2030.

Pajjiżna ilu mill-2013 ma jilħaq il-miri inidikati mill-Unjoni Ewropea u l-istess rapport jindika li Malta se żżomm din ix-xejra bir-riżultat li l-Gvern ta’ Muscat se jfalli wkoll milli jilħaq il-miri tal-2020

Skont ir-rapport, iż-żieda fl-emissjonijiet huma dovuti għaż-żieda fil-kostruzzjoni, it-traffiku, l-iskart, it-turiżmu u l-użu tal-arja kkondizzjonata.

Malta hi pajjiż wieħed minn erbgħa biss li żiedet l-emissjonijiet relatati mal-bini u wieħed minn tlieta li żiedet l-emissjonijiet industrijali b’il fuq minn 50%.

Il-Kummissjoni Ewropea għamlitha ċara li l-għan tagħha hi li l-Unjoni Ewropea tilħaq stat ta’ zero emissjonijet sas-sena 2050, tant li l-ġimgħa li għaddiet ippubblikat tmien proposti li jwasslu għal tnaqqis ta’ emissjonijiet.